Għeluq snin l-Imperatur Maximian Herculeus, fis-sena 298, kien iċċelebrat b’festi solenni mhux tas-soltu. Marcellus, ċenturjun nisrani u kaptan fil-leġjun ta’ Trajanu, dak iż-żmien kien stazzjonat fi Spanja. Biex ma jniġġisx lilu nnifsu b’dawk l-affarijiet mistkerrħa kontra r-reliġjon, ħalla r-riġment tiegħu, filwaqt li stqarr li huwa kien suldat ta’ Ġesù Kristu, is-Sultan etern. Huwa kien mill-ewwel kien mitfugħ il-ħabs.
Cassian, li kien is-segretarju tan-nutar tal-qorti, ma riedx jikteb is-sentenza li ngħatat kontra l-martri, għaliex ma kenitx ġusta. Huwa ttieħed malajr fil-ħabs, qatgħulu rasu, xi xahar wara, fit-3 ta’ Diċembru.
No comments:
Post a Comment